BEJN TNEJN
/għal dejjem/
Freddie Portelli jkanta fl-isfond.
U nixtieq infissirlek kemm nobgħod il-kliem kultant.
Iżda-bla-ma-rrid m’għadha tfisser xejn –
lanqas biss aħna rwieħ kuntenti, lanqas biss.
Ma naħmilx li qed tkellimni ma tgħidlix.
Ma nniżżilx kemm jien nibqa’ dejjem jien.
Did-daħka bejn iva u le kollha mbikkma fik,
bik sejjer, bija llum – u kollox jibqa’ ħoss ħossni.
Qed narak sejjer bogħod u nħallik tkompli tmur.
Imma nixtieq infissirlek kemm nobgħod il-kliem, kultant.
Kemm narak tixtieq tinsa u tiggranfa mal-friex għadu biex.
Kemm-il lożor dawwart ċfuf forom mod ieħor –
il-qalziet imdendel mal-ħajt ilu hemm qabli,
id-drappijiet mitnija ħażin waslu għal ħasla,
iż-żarbun xahrejn u nofs spraġġjat kontra,
il-qomos għaddejthom biex tibqa’ ftit iktar,
il-ħāxja ħajt imżarrat u se jkolli nasal jista’ jkun.
Is-sodda saret il-ħin tal-bieraħ –
Nixtieq nipprova infissirlek kemm nobgħod dal-kliem
fasla tmiem tirtogħod quddiemna tkun xi tkun.
Xi trid tgħid biha kull darba qatt bil-mod
tirfes l-ilsien li tiekol bih u tomgħod minnu.
Ikolli ngħidlek li issa tmiem l-aħħar darba –
mhux iktar tiegħi nħoss għalik u għalija mhux
iktar tiegħek taqta’ fejn ma joħroġx demm mhux
iktar tagħna tistenna li tisma’ l-biki jsir daħq.
Meta għedtli sodda, fhimtek soda.
Meta għedtli prova, fhimtek povra.
Meta għedtli qalbi, fhimtek qabli.
Nixtieq infissirlek kemm nobgħod il-kliem –
l-iktar inħobbok.
/i cried for you on the kitchen floor/
Dis-siegħa qed tonqos bil-minuti. Dan
il-“Lejl ma’ Amy Winehouse” tixxengel
xaqliba lemin u xellug. Jien nixtieq nidħol
fix-xquq xullief fejn il-ħoss ma jidħolx –
Anke lil Amy nixtieq ngħidilha kultant
nobgħod il-kliem qisu uġigħ persistenti.
Il-ġinn tiegħek Tanqueray, tiegħi Anne Sexton.
Ixxommni minn fejn ixxommi nnixxi l-bżieq
tari bħali bħallikieku kont naf.
M’hemmx tajjeb aħjar minn itjeb.
Jekk (veru) ngħidlek nobgħod dan il-kliem
nixtieq naf x’jiġri. Meta għedtlek – bqajt xorta
tiekol waħdek fil-kċina fis-sodda fil-bar.
(Naħseb fik kull ukoll mhux biss hemm
Amy u Anne u Stella u Clare u Maria.)
Int dħaqt b’jien miegħi mhux jiena bija
u nobgħod dal-kliem meta ma jiġix kif irrid
u meta ma jiġix inġebbed il-flokkijiet sa rkuptejja
niġri sa ma niżżewiġx u ma nidħaqx bik
iktar.
/you should be stronger than me/
Darba l-psikjatra staqsietni
Darba l-psikjatra staqsietni x’qed nagħmel quddiemha.
Lili, il-psikjatra darba staqsietni x’qed nagħmel fuq is-sufan
toqba tagħha, quddiemha, nibki d-dmugħ beraħ bieraħ u
nomħot fil-flokk. Lilek qatt ma staqsietek tpoġġi hekk.
Poġġietha lili din qisha problema insidjuża qisha mhix.
Poġġithieli f’ħoġri biex bħallikieku nwieġeb –
ili ħafna snin nomħot fil-flokk u ħadd ma qalli xejn.
Kont ili ħafna snin nomħot fil-flokk u ħadd ma qalli xejn
imbagħad ġejt int u jien mort għand psikjatra (mara.
Ftaħtilha sidri, lili, jiena u qaltli fuq is-suppostijiet
pallidi ta’ dak li ħasbet li jien u li nista’ nkun.
Qaltli nersaq iktar viċin u rsaqt u bdejt nomħot quddiemha.
Qaltli biex nagħlaq il-parentesi għal li jista’ jkun.)
Qaltli ngħidilha xi nħobb u għedtilha xejn.
Qaltli rridx kafè – għedtilha le.
Meta għedtilha fuq id-darba li mellistli xagħri
staqsietni qattx kelli ntoppi bil-missier, missieri –
U ħassejtni ftit iktar ikbar meta m’użajtx il-flokk,
seta’ kien x’kien.
Int kellek tkun quddiem il-psikjatra dakinhar
lilek kellha ssaqsi hux kollox sew u li forsi
mhux se jkollok bżonnha iktar.
Qaltli, il-psikjatra lili, biex insib biex ngħaddi l-ħin.
Bqajt qatt m’għedtilha li għandi l-kliem –
/kemm nixtieq/
Kemm nixtieq, Maria, li kont naf inpinġi
dawn il-frammenti miktubin fuq strixxi bojod ħomor
dat-tessut jieħu l-forma ta’ subgħajk
dal-karti trietaq ta’ darba oħra
daċ-ċfuf żigarelli ta’ ħolm bogħod –
Dan kollu kliem, Maria, ħlief tiegħek.
Għedtlek li nixtieq kont naf inpinġi
inti tpinġi l-kliem u jien niktbu
dan l-ispazju li naqsmu flimkien –
These ekphrastic poems were written in response to a number of Maria Borg’s paintings exhibited collectively as “Touch Me” at Palazzo De La Salle in Valletta during June 2021. They were read for the first time in public during an event at the aforementioned venue on the 11th of June 2021.